|
|
|
Bio Anti Aging Ltd
s-soluzzjoni kompleta għal kożmetiċi taħt saqaf wieħed
GĦALL-MANIFATTURI TA’ KOŻMETIĊI – Aħna nifformulawlek kwalunkwe prodott kożmetiku fuq kwalunkwe talba bħal: Organiċi jew Naturali jew ta’ kwalitą għolja, aħna nipprovdulek ukoll il-prezz indikattiv għas-suq tal-massa. Nagħmlu l-verifika tal-kontijiet u l-istandards għall-fabbrika tiegħek inklużi l-protokolli għall-ISO, il-GMO, l-Ecocert u aktar.
L-IPPJANAR TA’ IMPJANTI ĠODDA GĦALL-KOŻMETIĊI – Aħna nfasslulek impjant sħiħ skont l-eżiġenzi u l-ħtiġijiet tiegħek inkluż it-tagħmir, il-proċeduri u l-formuli ta’ produzzjoni b’appoġġ kontinwu matul is-sena kollha.
GĦALL-ESPORTATURI TA’ KOŻMETIĊI – Ir-Regolamenti qegħdin isiru aktar diffiċli u iebsin minn sena għall-oħra. Hemm bżonn ta’ bosta dokumenti u valutazzjonijiet tas-sigurtą, tibdil u aġġornament tal-perċentwali tal-materji primi, tibdil tal-preservattivi, il-kuluri u s-sodisfazzjon tas-seba’ emenda għall-fwejjaħ. Aħna nirreġistraw il-prodotti tiegħek mal-awtoritajiet xierqa u mal-Ministeru tas-Saħħa fid-dinja kollha inklużi d-dokumenti kollha meħtieġa u l-valutazzjoni tas-sigurtą, aħna nirreġistraw il-prodotti tiegħek fl-Ewropa skont COLIPA u l-linji gwida KEE 76/768 kif ukoll nirrappreżentawk bħala l-uniku rappreżentant tiegħek għar-Regolamenti tar-REACH, l-Ecocert u il-BDIH. Fl-Istati Uniti nagħmlu r-reġistrazzjoni skont ir-Regolamenti tal-FDA u nagħmlulek dan fil-Ministeru tas-Saħħa ta’ kwalunkwe pajjiż ieħor li fih tixtieq tesporta.
GĦAD-DISTRIBUTURI U N-NEGOZJANTI TAL-KOŻMETIĊI – Aħna nifformulawlek l-isem tal-marka tiegħek stess tal-linja ta’ kożmetiċi fuq talba tiegħek u nsibulek l-aħjar manifattur biex jagħmillek l-aħjar xogħol fuq it-tikketta privata biex wieħed ikun żgur li l-marka kummerċjali tiegħek tal-kożmetiċi tinbiegħ.
DWAR IL-KUMPANIJA
Bio Anti Aging kienet stabbilita mis-Sinjur Genin Oded (Kap Spiżjar M.Sc u assessur tas-sigurtą awtorizzat għad-Direttivi KE Ewropej) li għandu 29 sena esperjenza fl-industrija tal-kożmetiċi fl-Istati Uniti, fl-Ewropa u fl-Iżrael, billi ħadem bħala l-kap spiżjar f’xi wħud mill-marki ta’ kożmetiċi l-aktar famużi fid-dinja. Illum il-kumpanija tifformula u tappoġġa lill-manifatturi tal-kożmetiċi minn madwar id-dinja kollha, tirreġistra prodotti kożmetiċi u tibni impjanti ġodda għall-kożmetiċi. It-tim amikevoli tagħna huwa professjonali ħafna u jinkludi professuri, tobba, persunal tal-laboratorju u jissodisfa kwalunkwe talba li tiġi mingħandek. Kull m’għandek tagħmel huwa li tikkuntattjana u aħna nkunu hemm biex inservuk.
IKKUNTATTJANA * Aħna napprezzaw jekk l-email tiegħek tkun bl-Ingliż, iżda jekk ma tkunx tista’, aħna nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex nikkorrespondu fil-Lingwa tiegħek.
|
|
Ministries of health around the world Ministry of health - Switzerland Ministry of health - New Zealand Ministry of health - Sri Lanka Ministry of health - Lithuania |
Custom
Web Design - Search Engine Optimization - PPC Ad Campaigns |
Cosmetics industry links
INCI - International Nomenclature of Cosmetic Ingredients
Organic Skin Care | Natural Cosmetics
| Mattresses | Baby Products
Other useful sites
duckies in Sydney, NSW, AUS Cosmetic surgery for less at medicare cosmetic surgery
|
Website design by: EDAS